Matul dawn l-aħħar jiem, ir-riħ qed jagħmel tiegħu. Ħafna qed jaħsbulu sew u jilbsu lbies kontra l-kesħa hekk kif it-temperaturi li qed jinżlu kemmxejn.
Għada t-Tlieta 16 ta’ Frar jidher lit-temp mhux se jagħtina maltempati jew xita. Iżda se jkun pjuttost bnazzi.
Malta Weather ħabbru li “ It-temp mistenni jkun bnazzi jew ftit imsaħħab iżda jibqa kiesaħ b’riħ mill-Majjistral it-Tramuntana Forza 3 li jdur lejn il-Majjistral u jiżdied għal Forza 5. L-inqas 4°C / l-ogħla 12°C.
Importanti li nibqgħu naħsbulu u nitgezzu kemm jista’ jkun! Il-kesħa jidher li se tibqa’ magħna!