“Hemm Possibilità Kbira Li Jkollna Temperatura Għolja Ħafna (35°C+) Lejn Is-16 Ta' Ġunju!” – Aġġornament Tat-Temp

Il-paġna Aġġornament tat-Temp tikteb dwar it-temp li għandna nistennew għal dan ix-xahar u jidher li l-ewwel temperaturi għoljin jinsabu qrib! Huma jispjegaw, “Sitwazzjoni ta’ temp stabbli mifrux fiċ-ċentru tal-Mediterran qiegħed iwassal għal temp pjuttost xemxi u bi ftit sħab, temp xott u bi ftit riħ. Ġunju lejn nofsu dejjem jagħtina waħda majjistral li jniżżel it-temperatura.”

Il-paġna tistaqsi, “X’differenza fih dan Ġunju? Kif wieħed jista’ jara mill-grafika, telgħu tliet mewġiet ta’ temp stabbli, 3 pressjonijiet għoljin, fejn l-ewwel waħda (1) fil-grafika minn fuq l-Alġerija waslet għal temperaturi għoljin fi Spanja u l-Portugall, oħra mmarkata (2) li telgħet fuq Tuneżija baqgħet tiela’ u tinfirex fuq Sardejna u messet in-naħa ta’ fuq tal-Italja, u l-oħra (3) minn fuq il-Libja baqgħet dieħla fiċ-ċentru tal-Mediterran, inkluż Malta, u mxiet lejn il-baħar Jonju u baqgħet tinfirex.”

Huma jkomplu, “Meta kien jaqleb f’nofs Ġunju, fuq it-Tuneżija minn fejn telgħet in-numru (2) fil-grafika, din prattikament ma kinitx iseħħ u kien ikollna żewġ pressjonijiet għoljin: dik minn fuq l-Alġerija (1) u dik minn fuq il-Libja (3). Biż-żewġ pressjonijiet għoljin, jagħmilha faċli li arja instabbli tinżel minn fuq l-Ingilterra u tidħol fuq il-baħar Mediterran u tibqa’ nieżla saċ-ċentru tal-Mediterran. Dan kien ibaxxi t-temperatura u jġib kurrent qawwi mil-majjistral. Dan kien jiġri!”

Il-paġna Aġġornament tat-Temp iżżid, “Din is-sena jagħmilha ferm differenti għax hemm 3 mewġiet ta’ arja sħuna minn postijiet differenti. Allura temp instabbli minn fuq l-Ingilterra jagħmilha diffiċli li jasal sa Sardejna u jitlef mill-intensità fil-baħar Mediterran.”

Mill-ġdid jerġgħu jistaqsu, “Allura jirrenja l-bnazzi? Bnazzi u b’nuqqas ta’ riħ ikompli. Però żgur li waħda mit-tliet sistemi ta’ arja stabbli titlef mill-intensità fid-dieħla. Però xorta mhux mistenni riħ qawwi il-ġimgħa d-dieħla. Jaf jimbidel lejn l-aħħar ta’ Ġunju. Però hemm possibilità kbira li jkollna temperatura għolja ħafna (35°C+) lejn is-16 ta’ Ġunju!”

Huma jtemmu, “Intant, it-temp għal għada l-Erbgħa jibqa’ xemxi u b’riħ ħafif. It-temperatura l-ogħla tmiss 31°C. Ftit fit-tul, imma tajt spjegazzjoni b’mod li jiftiehem x’inhu jiġri bħalissa.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI