“Hemm Xi Ħaġa Vera Sabiħa Meta Tkun Tħobb Kelb Ta’ Eta`Kbira… M’Għandekx Bżonn Ħafna Int Whisky, Ħlief Imħabba” – Christa Cilia

Fuq il-mezzi soċjali tagħha, l-attivista għall-annimali Christa Cilia awgurat lil kelb li addottat ġimagħtejn ilu, għaliex illum jiċċelebra għeluq sninu. Fetħet qalbha dwar l-esperjenza li tkun tħobb kelb ta’ eta`kbira.

Kitbet, “Awguri f’għeluq is-17-il sena tiegħek, għażiż Whisky. Illum, int tagħlaq 17-il sena, u ili ħmistax-il ġurnata minn meta addottajtek, Diġa sibt post f’qalbi bl-iktar mod ġentili u kwiet.”



Żiedet tgħid, “Hemm xi ħaġa vera sabiħa meta tkun tħobb kelb ta’ eta`kbira… m’għandekx bżonn ħafna int Whisky, ħlief imħabba, xi ħadd qrib tiegħek, xi ħadd li jżommok meta tkun għajjien. Awguri f’għeluq sninek sabiħ tiegħi. Grazzi talli tafdani bl-aqwa snin tiegħek. Nagħtik il-kelma tiegħi li nimxi bil-mod miegħek, inħobbok b’mod profond, u ngawdi kull mument.”





Ritratti:

Facebook / Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI