“Ħerqan Biex Inkompli Nagħmel Il-Memorji Miegħek Noah. Inħobbok Immensament.” – L-Attur Clayton Pace Lill-Għażiż Ibnu

L-attur Malti Clayton Pace qasam messaġġ mill-isbaħ u mimli mħabba fuq il-midja soċjali, iddedikat lil ibnu Noah f’għeluq sninu. B’kliem sempliċi, Pace wera l-imħabba kbira li għandu lejn ibnu u l-importanza tal-mumenti li jqattgħu flimkien inkluż fl-esperjenzi teatrali.



Fil-post tiegħu, Clayton kiteb: “Ħerqan biex inkompli nagħmel il-memorji miegħek Noah. Inħobbok immensament.” Messaġġ li laqat qalb ħafna segwaċi, li ma ddejqux iħallu kummenti ta’ awguri u kliem sabiħ lil ibnu.



Aħna ningħaqdu mal-awguri u nawguraw lil Noah ħafna snin oħra mimlijin saħħa, ferħ u memorji sbieħ flimkien ma’ dawk li jħobbuh.



Ritratti:

Facebook / Clayton Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI