Steve Levi Vella – Id-Direttur Kreattiv Malti Li Ħadem Biex Għen Lil San Marino Jikseb L-Aqwa Riżultat Fil-Junior Eurovision

Din is-sena, il-Junior Eurovision Song Contest ġab miegħu suċċess sabiħ għal pajjiż ċkejken ta’ San Marino, hekk kif il-kantanta żagħżugħa Martina CRV kisbet l-aqwa riżultat li qatt kiseb il-pajjiż f’dan il-konkors prestiġjuż.

Martina spiċċat it-tielet fil-vot tal-pubbliku u fid-disa’ post mill-pajjiż kollha, bis-saħħa tal-kanzunetta tagħha Beyond the Stars. Dak li jagħmel dan is-suċċess aktar sinifikanti hu l-fatt li d-direzzjoni kreattiva tal-prestazzjoni kienet f’idejn id-direttur Malti Steven Levi Vella.

Steven faħħar lil Martina għall-kisba tagħha, u ddikjara li dan ir-riżultat huwa l-aħjar wieħed fl-istorja tal-parteċipazzjoni ta’ San Marino fil-Junior Eurovision Song Contest. Il-ħidma kreattiva tiegħu kienet kruċjali biex il-prestazzjoni twassal emozzjoni, professjonalità u viżjoni artistika li laqtet kemm lill-pubbliku kif ukoll lill-ġurija esperta.

Martina CRV kienet diġà magħrufa mal-udjenzi Taljani, hekk kif ġiet introdotta permezz tal-programm I Fatti Vostri, kif ukoll permezz tal-parteċipazzjoni tagħha f’The Voice Kids Italy. Barra minn hekk, fil-European Tour Music Fest, hija rebħet it-titlu ta’ Best European Junior Singer 2024, u kompliet issaħħaħ isimha fix-xena mużikali Ewropea.

Dan is-suċċess mhux biss jagħti prestiġju lil San Marino, iżda wkoll iqiegħed it-talent Malti fuq livell internazzjonali, b’Steven Levi Vella jkun eżempju ċar tal-kontribut kreattiv li Malta tista’ toffri fuq l-akbar palchi Ewropej.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI