“Hi Tibqa’ Tgħix Għal Dejjem Fil-Mużika Tiegħi” – Kevin Borg B’Kanzunetta Ġdida Bil-Malti Ddedikata Lil Ommu

Fuq il-programm Niskata, Kevin Borg fetaħ qalbu u qasam mas-segwaċi tiegħu li bħalissa jinsab fil-proċess li joħloq kanzunetta ġdida bil-Malti bid-differenza li mhijiex waħda ordinarja.

Din id-darba, il-proġett tiegħu għandu tifsira personali ħafna, hekk kif se jkun dedikat lill-għażiża ommu li tilef meta kellu biss sittax-il sena. B’messaġġ emozzjonali, Kevin stqarr: “Ma tgħaddix minuta li ma naħsibx fiha kuljum. Hi tibqa’ tgħix għal dejjem fil-mużika tiegħi.”



Il-kantant żied jgħid li minkejja li l-kanzunetta għadha fil-proċess, huwa diġà kuntent ħafna b’dak li qed jinbena u bl-emozzjonijiet li qed jirnexxielu jwassal permezz tagħha. Din il-kanzunetta mistennija tkun riflessjoni diretta ta’ dak li jħoss fil-fond – l-imħabba, it-telfa u l-memorji li jibqgħu jgħixu miegħu.



Il-frażi “Inħobbok Ma” tkompli turi  kemm din il-kanzunetta se tkun ġejja mill-qalb  u ninsabu ċerti li bla dubju, se tolqot lil ħafna nies speċjalment dawk li għaddew minn esperjenzi simili.



Ritratti:

Facebook/ Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI