“Għażiż ibni Jacob, illum għalaqt sena…” Hekk jibda l-messaġġ sabiħ miktub mill-għalliem tal-Malti u Uffiċjal Edukattiv Carlston Grima, li ddeċieda jesprimi l-imħabba tiegħu lejn ibnu permezz tal-kitba f’dan il-jum speċjali.
Fil-messaġġ tiegħu, Grima jirrifletti fuq is-sena li għaddiet minn meta twieled Jacob, sena li jiddeskrivi bħala waħda li ġabet magħha ferħ, sfidi u diversi mumenti prezzjużi. Jirrakkonta wkoll kif, minkejja li Jacob ġie “b’sorpriża”, huma kienu lesti jilqgħuh b’idejhom miftuħa u kif il-wasla tiegħu għamlithom “aktar kompluti”.
B’mod umoristiku u sinċier, il-missier jirrifletti fuq ir-realtà tal-irwol ta’ kull ġenitur speċjalment fejn jidħol l-irqad nieqes, iżda jistqarr li anke dawn il-mumenti jsiru opportunità biex iqatta’ ħin ta’ kwalità ma’ ibnu. Il-messaġġ juri wkoll ir-relazzjoni sabiħa bejn Jacob u oħtu Jade, fejn Grima jiddeskrivi kif it-tifel jilqagħha dejjem bi tbissima sinċiera kull darba li tasal lura d-dar mill-iskola.
Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, iwiegħed lil ibnu li dejjem se jkun hemm għalih, u b’ton ta’ inkoraġġiment ifakkru li xejn mhu impossibbli fil-ħajja.
Facebook/ Carlston Grima