Fadal Biss Ftit Jiem Għall-Parata Annwali Tal-Iscouts U Malta Girl Guides Ġewwa L-Belt Valletta!

Il-countdown beda uffiċjalment! Fadal biss ftit jiem biex l-iScout Association Malta u l-Malta Girl Guides jerġgħu itellgħu il-Parata Annwali tagħhom fil-qalba tal-Belt Valletta.

Din il-parata, li kull sena tattira numru sabiħ ta’ parteċipanti u spettaturi, hija opportunità biex l-iscouts u l-guides juru d-dixxiplina, l-għaqda u l-valuri li jħaddnu fil-ħajja ta’ kuljum.

Din is-sena, il-parata se tkun immexxija mid-Distrett tan-Nofsinhar, bil-parteċipazzjoni ta’ 10 gruppi ta’ scouts, 7 ta’ guides u 8 baned, li se jimxu fit-toroq storiċi tal-Belt. L-atmosfera mistennija tkun waħda vibranti, b’mużika, kuluri u entużjażmu li għandhom jimlew kull rokna tal-belt.



L-iScout Association Malta qasmet messaġġ fejn tat ukoll ħarsa lura lejn diversi mumenti sbieħ mill-parata tas-sena l-oħra. Din il-parata mhix biss wirja sabiħa, iżda wkoll tifkira tal-importanza tal-ħidma f’tim. Ħidma li timxi fuq żewġ valuri importanti: ir-rispett u s-servizz lejn l-oħrajn.



Malta Girl Guides qasmu huma wkoll ritratti mill-parati ta’ 10 snin ilu. Waqt li fakkru dan l-avveniment, fakkru li fadal ftit jiem biss għall-parata ta’ din is-sena.



Jekk wieħed se jkun il-Belt f’dawn il-jiem li ġejjin, ta’ min jieħu ftit ħin biex jara din il-parata mill-qrib u japprezza x-xogħol u d-dedikazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ. Jekk issibu ċ-ċans, titilfuhiex!

Ritratti:

Facebook/ The Scout Association of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI