“Ħobbu L-Ġenituri Tagħkom Illum, Tkellmu Magħhom Illum Għax Għada Ħadd Ma Jarah” – Oliver Scicluna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Oliver Scicluna qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn sbieħ rigward presepju li jinsab għal qalbu. Għadda wkoll messaġġ sabiħ li ta’ min jagħti widen għalih.

Beda billi qal, “Dan presepju li kienet tħobb tarma ommi d-dar. Kif kont nidħol kont insibu dejjem bħal dawn iż-żminijiet fuq il-freezer tal-kċina. Dejjem kienet tgħidli f’dik it-tbissima, ‘issa la mmut ħudu ta’. Nammetti li kont insejt iżda missieri ftit ilu fakkarni u qalli ‘ħa nġiblek il-presepju għax ommok kienet tgħidli li dak għalik.’”

Żied ukoll, “Xi ħaġa sempliċi pero issa jinsab armat id-dar tiegħi u t-tifsira tiegħu tfisser ħafna għalija. L-imħabba ta’ ommi, ċ-ċajt, id-diski tal-Milied, karti mwaħħlin minn mas-saqaf għal fuq il-linfa u l-cupboard tal-kċina. Kemm memorji sbieħ li ma’ jintesew qatt.  Ħobbu l-ġenituri tagħkom illum, tkellmu magħhom illum għax għada ħadd ma jarah. Parir ta’ ħabib.”







Ritratti:

Facebook/Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI