“Huwa Fatt Li T-Tifla Tiegħi Hi Miraklu” – Josette Busuttil Tirrakkonta Dwar It-Tqala B’Mariah

Josette u bintha

Waqt il-programm Ftit Xemx Kuljum, tkellmet Josette Busuttil dwar il-mumenti meta ħarġet tqila b'Mariah. Issemmi kif għal ħafna żmien kienet ċerta li ma jistax ikollha tfal, tant li kellha ċertifikat.

Għamlet it-test u kellha l-aħbar li qed tistenna tarbija, u ħa ssir omm. Josette titkellem dwar ir-reazzjoni tagħha kif ukoll dwar meta twieldet bintha propju f'jum il-Milied.

"Kelli ġa kważi erba' xhur tqala. Ma stajtx nemmen li jiena tqila... Kienet due għas-6 ta' Jannar, iżda riedet toħroġ fil-Milied, biex tiġbidli naqra widnejja li l-Milied qiegħed hemm għal kulħadd... Il-miracle baby qalgħuhielha... Huwa fatt li t-tifla tiegħi hi miraklu."

Segwu l-filmat hawn taħt:

Ritratti:

Facebook/ Josette Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI