Iħalli Din Id-Dinja Charles Azzopardi, Benefattur U Membru Maħbub Tal-Komunità F’Ħal Għaxaq

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Għaqda Mużikali Santa Marija, Ħal Għaxaq A.D. 1873 sellmu l-memorja ta’ Charles Azzopardi li ħalla din id-dinja lbieraħ.

Huma qalu, “L-Għaqda Mużikali Santa Marija, Ħal Għaxaq A.D. 1873 issellem il-memorja ta’ Charles Azzopardi li ħalla din id-dinja illum il-Ġimgha 7 ta’ Marzu fl-eta ta’ 72 sena.”

Żiedu, “Charles magħruf bħal Ċoss kien Licencee ta’ St.Mary’s Fireworks Factory Ħal Għaxaq – Malta għal bosta snin. Magħruf mad-Dilettanti kollha tan-Nar f’ Malta speċjalment għal dak il-gass ikkulurit tad-daħna. Charles kien ukoll il-Benefattur ewlieni tas-sistema kompjuterizzata Galaxis Showtechnik li illum l-Kamra tan-Nar tagħna għadha tgawdi l-użu tagħha.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu. Jistrieh fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI