Waħda mill-aktar affarijiet li l-ġenituri żgur ikunu jixtiequ waqt li għaddej iż-żmien, hu li jaraw lil uliedhom jikbru u jilħqu suċċess wara ieħor. Filli jarawhom żgħar tat-twelid u filli jaffaċċjaw pass wara pass f’ħajjithom.
Oliver Scicluna jitkellem dwar l-ewwel gradwazzjoni fil-vjaġġ akkademiku ta’ ibnu Aidan.
“Illum Aidan iż-żgħir kellu l-“gradwazzjoni” tal-Kinder 2. Min moħħok jgħaddulek il-memorji ta’ meta twieled u diġa jekk Alla jrid jibda l-ewwel sena tal-Primarja.”
Jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn l-għalliema li jkun xi jkun dejjem jaħdmu mal-istudenti biex joħorġu l-potenzjal tagħhom bil-pass tagħhom.