Fl-okkażjoni ta’ għeluq snin P. José, Kunvent Santa Tereża Bormla u ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja ta’ Bormla u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f’Birkirkara.
Minn età żgħira kien involut fil-ħajja reliġjuża bħala abbati fil-Knisja ta’ Santa Tereża, qabel daħal postulant mat-Tereżjani ta’ sbatax-il sena.
Wara snin ta’ formazzjoni fil-filosofija u t-teoloġija, huwa għamel il-Professjoni Solenni fl-1985 u ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju 1986 flimkien ma’ diversi saċerdoti oħra, fosthom l-Arċisqof Charles Scicluna.
Tul il-ministeru tiegħu, P. José ħalla marka mhux biss fil-ħidma pastorali iżda wkoll fi proġetti kbar ta’ restawr u żvilupp.
Għal aktar minn għoxrin sena serva fil-kunvent ta’ Bormla fejn mexxa xogħlijiet estensivi fil-knisja u l-kunvent, inkluż ir-restawr tas-saqaf storiku u proġetti fil-ġnien u s-sistemi tal-ilma.
Fl-2008 ġie fdat bit-tmexxija tad-Dar tat-Talb ta’ Tas-Silġ. Barra minn hekk, huwa ddedika 33 sena jgħallem ir-Religion fil-Junior College lill-istudenti tal-A Level u tal-Intermediate, filwaqt li bejn l-2023 u l-2026 serva wkoll bħala Provinċjal.
Illum, P. José għadu attiv fil-komunità ta’ Bormla u għadu jieħu ħsieb id-Dar tat-Talb ta’ Tas-Silġ. Awguri mill-qalb P. José.