Id-Deċeduti Jirritornaw Fuq It-Televiżjoni Għal Lejl Wieħed Biss – Ħa Ssegwuhom?

Deċeduti tibqa’ waħda minn dawk is-sensiliet li l-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu jsemmu. Il-karattri minn dik is-sensiela daħlu fil-qlub tal-pajjiż u l-atturi għadhom jiltaqgħu ma’ nies li jsemmulhom il-karattri li kienu jaħdmu. Gladys, Ramon, Rosie, Percival huma fost l-aktar karattri li baqgħu jissemmew man-nies u proprju għada l-Ġimgħa se naraw uħud minnhom lura fuq it-televiżjoni! Lura għal serata waħda biss fuq il-programm XOW.





Ron u t-tim ta’ XOW ħa jlaqqgħuna mill-ġdid ma’ dawn il-karattri u l-atturi warajhom. Reunion ħelwa li żgur se tinżel għasel ma’ dawk kollha li kienu jaraw il-programm. Rosie ma dehritx, tgħid kellha xi ġlieda taħraq ma’ Ramon, u l-kunjata li tħobb tiddeffes f’kollox żgur li mhux se tibqa’ kwieta. Percival ħa jagħmel xi waħda minn tiegħu jew tgħallem joqgħod kwiet!? Il-famuż episodju li Gladys riedet tidħol għall-Eurovision jibqa’ jissemma wkoll u donnu se jkollha ċ-ċans li tkanta mal-banda ta’ XOW.

Għada fuq XOW – Id-Deċeduti jerġgħu jiltaqgħu taħt l-istess saqaf. X’għandna nistennew?



Facebook / Deceduti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI