Sfida ġdida! Reality show li ħa jieħu forma ta' kompetizzjoni biex wieħed isir il-wiċċ li jirrappreżenta il-brand Haus of Gaetano b'kollaborazzjoni ma' Mtlatv Media House.
Dawn l-aħħar jiem id-disinjatur lokali għamel appell fejn qal, "Qed infittxu mudelli, kantanti, żeffina jew forsi għandek xi talent ieħor, minn 18-il sena 'l fuq. Kulħadd jista' jiġi għall-audition m'hemm l-ebda regola jew standard fuq tul, qies jew ġeneru."
Geatano kiteb, "L-auditions ser isiru is-Sibt 12 ta' Dicembru u l-Ħadd 13 ta' Diċembru ġewwa l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun."
Dawk li mħajrin jieħdu ċans jistgħu jidħlu fuq il-paġna ta' Haus of Gaetano billi tagħfus HAWN.