Id-disinjatur Malti Jean Claude Farrugia qasam dettalji dwar it-tibdila li ħoloq apposta għal Eve Borg Bonello għall-ftuħ tal-leġiżlatura l-ġdida tal-Parlament Malti.
Fuq il-midja soċjali, Farrugia spjega li Borg Bonello dehret b’tibdila (bespoke suit) maħduma apposta għaliha. It-tibdila kienet tinkludi ġakketta double-breasted maqtugħa minn drapp ħafif (alabaster wool), imżejna b’buttuni vintage ta’ lewn dehbi.Din kienet akkumpanjata minn ingravata navy blue bid-disinn ta’ polka dots, li kompliet tagħti dehra aktar eleganti u raffinata lill-ilbies.
Id-disinjatur qal li kull dettall intgħażel b’attenzjoni biex joħloq dehra klassika iżda moderna, adattata għal okkażjoni formali u sinifikanti bħall-ftuħ tal-leġiżlatura l-ġdida.
Kienu bosta segwaċi li faħħru d-dehra ta’ Bonello, b’ħafna jikkummentaw fuq l-istil eleganti u professjonali li għażlet għal din l-okkażjoni tant importanti.
Fb/ Jeanclaudefarrugia