Ġie Mniedi Helpline Nazzjonali Ġdid Disponibbli 24/7 – 1400

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħabbar li ġie mniedi helpline nazzjonali ġdid – 1400. Dan in-numru se jkun disponibbli 24/7, biex il-pazjenti ser jingħataw assistenza medika urġenti fil-ħin.

“L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett beda fil-bidu tas-sena, fejn professjonisti mill-isptar bdew jirreferu pazjenti għal sptarijiet privati bil-pazjent jinqeda f’inqas ħin. It-tieni fażi mbagħad rat tobba tal-familja jagħmlu użu minn dan in-numru u jiġu ggwidati fejn l-aħjar jirreferu l-pazjenti tagħhom.”

Dawk ta’ bejn 16 u 69 sena, jistgħu jagħmlu użu mill-helpline 1400 fejn issirilhom dijanjosi minn professjonisti u jingħata gwida fejn l-aħjar jingħata l-kura li hemm bżonn.

L-avviż ikompli, “F’każ li persuna ċċempel il-helpline 1400 u jkun każ ta’ emerġenza, din it-telefonata xorta tiġi direzzjonata lid-Dipartiment tal-Emerġenza.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI