Iħalli Din Id-Dinja Dr Jesmond Xuereb Fl-Età Ta’ 58 Sena

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom John Bray Funeral Services sellmu l-memorja ta’ Dr Jesmond Xuereb li ħalla din id-dinja riċentament.

Huma qalu, “B’niket kbir inħabbru l-mewt ta’ Dr Jesmond Xuereb fl-età ta’ 58 sena. Quddiesa praesente cadavere ser issir is-Sibt, 13 ta’ Ġunju 2026 fid-9:30 ta’ filgħodu, fil-Knisja ta’ San Nikola ta’ Tolentino, Ħal Tarxien.”

Żiedu, “Il-familja u l-ħbieb huma mistiedna jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajtu, tal-imħabba tiegħu u tal-memorji għeżież li ħalla warajh. Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, dawwal fuqu d-dawl ta’ dejjem. Jistrieħ fis-sliem.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI