Iħalli Din Id-Dinja Joseph Fenech, Magħruf Bħala Żeppi L-Ħafi, Fl-Età Ta’ 71 Sena

Joseph Fenech, magħruf aħjar bħala Żeppi l-Ħafi, miet fl-età ta’ 71 sena.

Fenech kien figura magħrufa fil-ħajja pubblika Maltija, b’mod partikolari minħabba l-involviment tiegħu f’numru ta’ każijiet li matul is-snin ġibdu attenzjoni kbira mill-media u mill-pubbliku.

L-isem tiegħu beda jissemma b’mod prominenti fis-snin disgħin, meta ngħata maħfra presidenzjali b’rabta  mal-attentat ta’ qtil fuq Richard Cachia Caruana, li dak iż-żmien kien iservi bħala assistent personali tal-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami.

Aktar tard, ismu reġa’ deher f’diversi proċeduri oħra li komplew iżommuh fiċ-ċentru tal-aħbarijiet. Tul is-snin kien involut f’diversi proċeduri oħra ta’ profil għoli, fosthom każijiet relatati ma’ allegat frodi u akkużi oħra li minnhom ġie lliberat.

Minkejja l-kontroversji li kienu jduru miegħu, Żeppi l-Ħafi baqa’ figura magħrufa u li spiss qajmet dibattitu fil-ħajja pubblika Maltija.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tlieta. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI