Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Ta’ Kercem Gozo ħabbru il-mewt ta’ Lawrence Grech li miet fl-għomor ta’ 99 sena. Huma qalu, “B’tifkira għażiża ta’ Lawrence Grech minn Ta’ Kerċem li miet nhar it-Tnejn, 5 ta’ Jannar 2026 fl-għomor ta’ 99 sena.”
Żiedu, “Jibqa’ ħaj fi ħdan il-Mulej u mfakkar b’għożża u mħabba minn uliedu Alfred, Maria u żewġha Karmenu, Joe u martu Joanne, Raymond u s-sieħba Angelique, Noel u martu Mary, Sandra u żewġha Mario, neputijiet u pro-neputijiet, oħtu Silvia, bosta qraba u ħbieb. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari ta’ ħu Wenzu.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu.