"Il-Ħajja Ta' Pumpier Mhix Biss Nar… Naraw Ħafna Aktar: L-Uċuħ Li Ma Jsalvawx, Dawk Li Jsalvaw…" – Heinrich Camilleri

L-Attur Heinrich Camilleri jaqsam kelmtejn dwar il-professjoni ta’ pumpier, u l-mumenti iebsin li jaffaċċjaw kuljum, f’każijiet differenti.

Heinrich ixerred ritratt li juri każ ta’ inċident tat-traffiku, bil-membri jassistu fuq il-post.

Heinrich jikteb, “Il-ħajja ta’ pumpier mhix biss nar. Kultant tagħti CPR lil stranġier fit-triq. Kultant ikollok iżżomm lill-omm lura waqt li l-oħrajn qed jassistu lil binha. Kultant li tmur lura d-dar bid-demm fuq iż-żarbun u silenzju ġewwa fik.”

Jesprimi s-sentimenti li jħossu fil-każijiet li jkollhom matul il-professjoni tagħhom, li mhux dejjem jispiċċaw l-istess.

“Nitħarrġu kontra n-nar, imma naraw ħafna aktar: l-uċuħ li ma jsalvawx, dawk li jsalvaw, u l-memorja ta’ kull sekonda. Hekk jidher ix-xogħol meta l-kamera iġġib il-verità.”

Napprezzawkom immens. Prosit u Grazzi!





Facebook/ Heinrich Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI