Il-BOV ħareġ notifika fuq il-paġna uffiċjali tagħhom sabiex jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li jista’ jkun jiltaqgħu ma’ xi ATMs li mhux qed jaħdmu. Dan minħabba l-problemi li qed jesperjenza l-fornitur tas-servizz tan-netwerk tagħhom bħalissa.
Minħabba dawn il-kwistjonijiet tekniċi, jista’ jkollu impatt fuq l-ATMs tagħhom li jinsabu f’żoni ċentrali u fin-Nofsinhar, u b’hekk dawn l-ATMs taf mhux ħa jkunu qed jaħdmu.
Huma jiskużaw ruħhom ta’ kull inkonvinjent lill-klijenti tagħhom.
Facebook / AF Sign Studio