““Il-Ferita Tibqa’, Iżda Trid Titgħallem Tgħix Magħha” – Luke Attard Ifakkar Lil Ħuh Jean Sentejn Wara Mewtu

Sentejn għaddew minn meta Jean Attard, ħu Luke Attard, ħalla din id-dinja, iżda t-telfa tiegħu għadha tinħass b’mod qawwi mill-familja u minn dawk kollha li kienu jafuh.

F’post emozzjonanti, Luke esprima d-diffikultà li għadu jħoss quddiem din ir-realtà. “Għaddew sentejn. M’għandi l-ebda kliem, l-ebda sentimenti x’nista’ nesprimi” kiteb, filwaqt li qal, li jħoss bħallikieku nħaslu d-dmugħ kollu u ngħadu t-talb kollu.

Luke qal, li m’hemmx ritorn lura u li l-uġigħ ma jisparixxi qatt għalkollox. “ Il-ferita tibqa’, sempliċiment titgħallem tgħix magħha,” spjega. Hemm mumenti meta l-uġigħ jerġa’ joħroġ f’daqqa, filwaqt li f’oħrajn ikun hemm biss sens ta’ vojt u tnemnim.

Luke rrefera wkoll għal Dun Ġorġ, li kien jaf lil Jean sew u li waqt il-Quddiesa ta’ dalgħodu qal li Jean żgur qed igawdi l-glorja ta’ Alla. Dan il-ħsieb, qal Luke, jagħti lill-familja tama u sens kbir ta’ paċi.

“Il-preżenza tiegħek tintilef, iżda l-imħabba li qsamt tibqa’ fostna. Inħobbuk,” temm jgħid Luke.

Ritratti:

Facebook/Luke Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI