Erba’ Sewwieqa Żgħażagħ Maltin Se Jirrappreżentaw Lil Malta Fil-Belġju 

 Esperjenza speċjali tinsab tistenna lil erba’ sewwieqa żgħażagħ Maltin hekk kif għada it-Tlieta, 11 ta’ Awwissu, se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna ġewwa l-Belġju.

Aiden Buttigieg, Jayden Debono, Luca Bartolo Fenech u Hailey Vella, mill-Akkademja tal-Malta Racing Club, se jmorru fil-korsa ta’ Mons għat-tieni parti tal-iskambju tan-Nations League 2026.

Hemmhekk se jkollhom iċ-ċans jikkompetu f’numru ta’ tiġrijiet tat-trott  flimkien ma’ żgħażagħ Belġjani u Franċiżi. Għalihom din mhux biss se tkun esperjenza ta’ kompetizzjoni, iżda wkoll opportunità sabiħa biex jitgħallmu aktar, isaħħu l-kunfidenza tagħhom u jagħmlu memorji ġodda barra minn Malta.

Nawguraw lil Aiden, Jayden, Luca u Hailey esperjenza mill-isbaħ u ħafna suċċess! Żgur li se tkun okkażjoni li jibqgħu jiftakru. 

Ritratti:

Fb/ Malta Racing Club

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI