Fgura United Football Clubirnexxielhom jgħaqqdu l-passjoni għall-futbol ma’ att ta’ solidarjetà, hekk kif taw donazzjoni ta’ €435 lill-Association for Abandoned Animals (AAA).
Matul l-istaġun 2025/2026, it-timijiet ta’ taħt il-15-il sena, taħt is-17-il sena, taħt il-21 sena u l-Ewwel Tim ta’ Fgura United skorjaw bejniethom 174 gowl.
Permezz ta’ din l-inizjattiva kreattiva, dawn il-gowls wasslu biex inġabret is-somma sabiħa ta’ €870 li mbagħad ġiet maqsuma b’mod ugwali bejn żewġ għaqdiet tal-karità. B’hekk, €435 marru għall-AAA Sanctuary.
L-għaqda rringrazzjat mill-qalb lil Fgura United għal din id-donazzjoni, filwaqt li spjegat li kull gowl li skorjaw il-plejers issa qed jissarraf f’aktar sigurtà, ikel u kura medika għall-annimali li ġew salvati u li jinsabu fis-santwarju.
Fb/AAA