Wara snin ta’ ħidma mingħajr waqfien, bosta studenti f’Malta qegħdin jiggradwaw. Fosthom hemm il-kantanta Kelly Marie li nhar it-Tnejn li għadda gradwat f’Baċellerat fil-Liġi wara 4 snin ta’ ħidma kontinwa. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, riċentament qasmet sett ritratti mill-isbaħ mal-familja tagħha fejn kitbet, “ma stajtx nagħmilha mingħajrkom.”
Lil Kelly Marie niftakruha sew fit-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika fl-2022 meta kienet ħadet sehem permezz tal-kanzunetta Idek f’Idi li tistgħu tisimgħuha hawn:'
Wara Mużika Mużika bqajna wkoll narawha f'bosta avvenimenti lokali fosthom f'Haż Żabbar ma' Brass House Unit kif ukoll waqt notte Bianca. Awguri kbira Kelly, kuntenti immens għalik!
Facebook/Kelly Marie