“Wasalt Fil-Bidu Ta’ Sena Oħra… L-Ewwel Ħsieb Li Ġie F’Moħħi Dalgħodu Kien: ‘Grazzi Mulej, Kif Għandi Tant Nies Li Japprezzawni U Jħobbuni.'” – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero

Jagħlaq sninu l-preżentatur Ivan Gaffiero; raġel li tant iħoss għall-proxxmu u kontinwament jirsisti u jagħmel kulma hu possibbli biex ikun hemm għal ħaddieħor, speċjalment min qed isofri.

Hu kiteb messaġġ fejn jesprimi gratitudni għal kull min juri tant imħabba lejh u anke bagħatlu x-xewqat sbieħ.

"Illum wasalt fil-bidu ta’ sena oħra għalija. Jalla jkolli x-xorti nibqa’ dejjem qrib tagħkom, nismagħkom, inkellimkom u naqsam magħkom kemm il-mumenti sbieħ kif ukoll dawk diffiċli. Grazzi minn qalbi għax diġà ħallejtuni bla kliem bil-messaġġi, l-awguri, l-imħabba u l-apprezzament kollu li qed nirċievi."

Ivan ikompli, "L-ewwel ħsieb li ġie f’moħħi dalgħodu kien: 'Grazzi Mulej, kif għandi tant nies li japprezzawni u jħobbuni.' Ma nistax nitlob għal aktar. Grazzi poplu għażiż tiegħi."

Awguri mill-qalb Ivan!

Ritratti:

Facebook / Ivan Gaffiero

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI