Ħafna jiftakru lil Cherise fl-Għanja tal-Poplu, fejn kienet rebħet il-kompetizzjoni bil-kanzunetta Hawn Siġġu Nieqes, rebħa li żgur kienet waħda ferm speċjali li ġġorr f’qalbha.
Ir-raġel ta’ Cherise qasam il-ferħ tiegħu permezz ta’ messaġġ emozzjonanti fejn qal li “it-tim tagħna issa huwa komplut.” Hu spjega li Ben u Adam kienu mimlijin eċċitament biex jilqgħu lil ħuhom iż-żgħir, Nick, li twieled ilbieraħ fl-10.12. Hu żied jgħid li Cherise kienet mill-aqwa waqt it-twelid u li bħalissa qed tirkupra sew.
Aħna nawguraw lil Cherise u lill-familja tagħha l-isbaħ xewqat f’dan il-kapitlu ġdid u sabiħ f’ħajjithom.
Facebook / Cherise Pace