“’Il-Kantilena’ Tan-Nutar Pietro Caxaro – Għadu Kemm Ġie Inskritt Fir-Reġistru Tal-Memorja Dinjija Tal-UNESCO” – Il-Ministru Owen Bonnici

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Owen Bonnici ħabbar li ‘’Il-Kantilena’ tan-nutar Pietro Caxro riċentament ġie inskritt fir-reġistru tal-memorja dinjija tal-UNESCO, ħaġa li verament għandna għax inkunu kburin biha.

Hu qal, “L-iktar xogħol letterarju antik li nafu bih bil-lingwa Maltija – “Il-Kantilena” tan-Nutar Pietro Caxaro – għadu kemm ġie inskritt fir-Reġistru tal-Memorja Dinjija tal-UNESCO. Dan wara applikazzjoni li konna ressaqna fit-30 t’Ottubru 2023. Din il-poeżija hi maħsuba li tmur lura għat-tmiem tas-seklu 15 u tifforma parti mill-Arkivju Notarili fi ħdan l-Arkivju Nazzjonali.  Xi ġmiel ta’ storja għandu pajjiżna!”

Kompla billi żied jgħid, “Dan hu pass ieħor sabiħ ta’ ċelebrazzjoni tal-lingwa tagħna l-Maltin u ta’ pajjiżna kollu kemm hu. M’aħniex se nieqfu naħdmu sekonda waħda biex is-settur kulturali ta’ pajjiżna jkompli jissaħħaħ u jimxi ‘l quddiem.”





Facebook/Owen Bonnici



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI