Il-Kardinal Mario Grech Jagħlaq L-20 Anniversarju Mill-Konsagrazzjoni Episkopali Tiegħu – Ad Multos Annos!

Mario Grech

Il-Parroċċa ta’ Kerċem tingħaqad f’sentimenti ta’ ferħ u gratitudni hekk kif twassal l-awguri tagħha lill-E.T. il-Kardinal Mario Grech fl-okkażjoni tal-għoxrin anniversarju mill-Konsagrazzjoni Episkopali tiegħu. Din l-okkażjoni tfakkarna b’mod speċjali fir-rabta qawwija li l-Kardinal Grech għandu ma’ din il-komunità parrokkjali, fejn sal-21 ta’ Jannar 2006 huwa serva b’dedikazzjoni kbira bħala l-Kappillan ta’ din il-Parroċċa.

Il-komunità ta’ Kerċem tiftakar b’apprezzament is-servizz pastorali tiegħu, immarkat minn ħeġġa, umiltà u mħabba sinciera lejn il-poplu ta’ Alla. F’dan il-jum sinifikanti, minn qalbna nawgurawlu saħħa, għerf u qawwa fil-missjoni tiegħu fil-Knisja Universali, u nwegħdu t-talb tagħna biex il-Mulej ikompli jbierek il-ministeru tiegħu.

F’isem Gwida.mt ngħidulu Ad Multos Annos.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI