Il-Każijiet Attivi F'Malta Jinżlu Għal Disgħa Iżda…

Tul l-aħħar 24 siegħa skont statistika maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa saru 809 test. Minnhom irriżulta każ wieħed pożittiv li ma kellu ebda sintomi u mhux relatat ma ebda każ ieħor. L-aħbar pożittiva hi li għalkemm instab persuna pożittiv, fiequ żewġ persuni oħra. Dan ifisser li għall-ewwel darba mill-ewwel ġimgħa tal-pandemija Malta għandha disa’ pazjenti biss pożittivi għall-Covid-19.





Nistennew li fil-jiem li ġejjin aktar nies ikompli jfiqu u nittamaw li ma jinstabux aktar każi ġodda forsi jkollna l-pjaċir inħabbru li m’hawnx aktar każi f’pajjiżna. Importanti li nibqgħu nsegwu l-miżuri maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa u wkoll napplikawhom f’ħajjitna. Nistqarru li issa qbadna ritmu tajjeb u bil-mod kollox qed jindara f’din in-normalità ġdida għal pajjiżna.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI