Fil-ġimgħat li ġejjin, fil-Knisja Parrokkjali tal-Fgura se jkun qed jitwettaq proġett ta’ tisbiħ u modernizzazzjoni li se jwassal sabiex fost oħrajn tiġi installata sistema moderna u effettiva ta’ arja kkundizzjonata kif ukoll sabiex tinbidel l-art tal-irħam.
Dan il-proġett tħabbar fuq il-midja soċjali mill-Ministru Byron Camilleri li ddeskriva dan l-investiment bħala wieħed neċessarju għall-benefiċċju tal-bosta familji Fgurin li jiffrekwentaw din il-Knisja partikolari.
Fr Raymond Calleja, il-Kappillan tal-lokalità tal-Fgura, esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-Ministru Byron Camilleri u dawk kollha li qed jgħinu finanzjarjament sabiex dan il-proġett ikun wieħed possibbli.
Tkellem ukoll Fr Joe Saliba li huwa pirjol fil-Parroċċa tal-Fgura. Hu fisser kif il-Knisja Parrokkjali tal-Fgura għandha bosta neċessitajiet u esprima l-ferħ tiegħu li permezz ta’ dawn il-fondi, dawn in-neċessitajiet se jiġu riżolti.
Wikipedia / Parish Church of Our Lady of Mount Carmel (Fgura)