Waqt Kuxjenza, Fr Marcellino li huwa l-fundatur tas-Soup Kitchen fil-Belt Valletta fisser kif hu jemmen li l-maġġoranza tal-poplu qatt ma rifes fil-ħabs ta’ Kordin iżda tkellem dwar l-isfortuna li bosta qed jidħlu f’ħabs fihom infushom.
Fr Marcellino spjega li ħafna drabi wieħed jagħżel li ma jemminx fih innifsu u saħaq li hu proprju dan li jżomm lil ħafna milli jkunu kuntenti f’ħajjithom. Semma kif il-bniedem għandu tendenza li jżomm ruħu mjassar bl-esperjenzi tal-passat u b’hekk iċaħħad lilu nnifsu milli qatt ikollu futur.
Facebook / Illum Ma’ Steph u Pexels