Is-soċjetà Mużikali Santa Katarina taż-Żurrieq, qed tkun qed torganizza attività sportiva: Step In+ Żurrieq 5K Run, Walkathon u 1K Youth Run li se tkun qed iġġib magħhha messaġġ qawwi ta’ solidarjetà u appoġġ lil Kate.
Il-komunità ltaqgħet ma’ Kate, li bħalissa trid tivvjaġġa barra minn Malta biex tirċievi terapija. Kate tgħix bit-Tatton Brown Rahman Syndrome, kundizzjoni rari li ġġib magħha sfidi differenti kemm għaliha kif ukoll għall-familja tagħha.
Minkejja dawn l-isfidi, Kate qed turi kuraġġ kbir u qed tispira lil ħafna nies madwarha. Il-familja tagħha tgħid li l-appoġġ tal-komunità jfisser ħafna u li kull ġest żgħir jista’ jagħmel differenza kbira.
L-attvità Step In+ Żurrieq 5K Run, Walkathon u 1K Youth Run għalhekk mhux se tkun biss waħda sportiva. Din se tkun ukoll opportunità biex il-komunità tingħaqad, turi solidarjetà u tibgħat messaġġ ta’ tama u inkoraġġiment.
Ir-reġistrazzjonijiet għall-attività se jiftħu dalwaqt u dawk interessati huma mistiedna jsegwu l-paġna tal-organizzaturi għal aktar informazzjoni.
Facebook/ Socjetą Mużikali Santa Katarina