“Il-Kumitat Tal-Għaqda Tagħna Jixtieq Iwassal Il-Kondoljanzi Tiegħu Lill-Qraba, Familjari U Ħbieb Ta' Francesca Borg” – Għaqda Mużikali Sant’ Elena

Il-paġna uffiċjali tal-Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919 Birkirkara sellmet il-memorja ta’ Francesca Borg li marret tiltaqa’ mal-missier.

Huma kitbu, “Il-Kumitat tal-Għaqda tagħna jixtieq iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba, familjari u ħbieb ta’ Francesca Borg li marret tiltaqa’ ma’ Kristu Rxoxt. L-Għaqda tagħna tixtieq turi s-solidarjetà tagħha mal-Familja Borg f’dan il-mument diffiċli. Il-Funeral tagħha ser isir nhar ill-Ħamis 3 ta’ Lulju 2025 fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, Birkirkara fit-8:30am. Nitolbu lil Sant’Elena tilqagħha fi ħdanha u twassalha għand Alla Missierna. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”

Inżommu lill-familjari u l-ħbieb tagħha fit-talb tagħna f’dan iż-żmien diffiċli. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.





Facebook / Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI