Il-bini antik u kulturali ta’ Malta kif ukoll bosta postijiet fil-kampanja dan l-aħħar qed jiġu milquta minn proposti biex jiġu żviluppati. Waħda minnhom hija Villa Bulebel, jew kif inhi magħrufa aħjar, il-Villa ‘Tal-Baruni’.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ żvela li “studja sew il-proposta tal-iżvilupp ġewwa l-ġonna ta’ Villa Bulebel” u “wara diversi laqgħat u diskussjonijiet, il-Kunsill unanimament ivvota kontra din il-proposta.”
Il-Kunsill spiċċa billi ħeġġeġ lir-residenti biex jitfgħu sottomesjonijiet tagħhom HAWNHEKK.
L-irħula tagħna għandhom jitħallew fis-sempliċità tagħhom. Jekk nibqgħu nwaqqgħu u nibnu, x’ħa nħallu f’Malta li huma uniċi għal din il-gżira?
Facebook/Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ