Wara ġimgħat ta’ spekulazzjoni min jista’ jkun hemm wara l-kostum tal-lampuka, ilbieraħ kien imiss li nsiru nafu minn hemm wara l-kostum. Id-detectives tal-programm, tnejn minnhom, qatgħu li wara l-maskra kien hemm Fabrizio Faniello.
Kienet Amber li għal tliet ġimgħat sħaħ baqgħet tinsisti li hemm Fabrizio wara dak il-kostum, iżda d-detectives l-oħra kien għadhom mhux ċerti. Tant li bdew jissemmew diversi ismijiet oħra. Uħud kienu ftit elaborati mhux ħażin.
Fabrizio jistqarr li din kienet l-ewwel esperjenza fejn ma kellux daqstant eċitament u li verament ħa gost jagħti l-wirjiet tiegħu bil-kostum tal-lampuka. Hu jistqarr li kien xi ftit sorpriż kif rah u ma kienx jaf kif se jirnexxielu jagħti l-wirjiet tiegħu minn ġo fih iżda rnexxielu u apprezza din l-avventura.
The Masked Singer Malta jkompli l-ġimgħa d-dieħla fejn issa daħal fil-fażi ta’ semifinali. Min jaf min huma l-personalitajiet li jinsabu moħbija wara l-kostumi l-oħra?