Il-Linji Tal-Ajru Fl-Ewropa Mhux Se Jkunu Jistgħu Jitolbu Ħlas Għall-Bagalji Żgħar Li Ttella’ Miegħek Fuq L-Ajruplan

F’dawl ta’ deċiżjoni ġdida mill-Unjoni Ewropea, l-ajru linji li joperaw fl-Ewropa mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jitolbu ħlasijiet separati għall-bagalji żgħar li jitħallew abbord bħala hand luggage. Dan il-pass ġie meqjus bħala rebħa importanti għad-drittijiet tal-passiġġieri, u għandu jwassal għal aktar trasparenza u ġustizzja fil-prezzijiet tal-ivvjaġġar bl-ajru.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li bagalja żgħira, bħal backpack jew trolley li ttella’ fuq l-ajruplan miegħek, għandha tkun inkluża fil-prezz bażiku tal-biljett, mingħajr ħlas żejjed. Din id-deċiżjoni ġiet wara ilmenti dejjem jiżdiedu mill-konsumaturi dwar il-mod kif xi kumpaniji, partikolarment dawk low-cost, kienu qed iżidu ħlasijiet moħbija fuq servizzi li kienu meqjusa bħala essenzjali.

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qalet li bagalja li tista’ tittieħed abbord mingħajr ma tagħmel ħsara jew tikkawża dewmien għandha titqies bħala parti mill-bażi tal-konvenjenza tal-passiġġier u ma għandhiex tkun suġġetta għal ħlas addizzjonali.

Dan il-bidla mistennija tidħol fis-seħħ fil-jiem li ġejjin u se tolqot lill-linji kollha li joperaw ġewwa u barra mill-pajjiżi membri tal-UE. Għal ħafna vjaġġaturi, dan ifisser esperjenza aktar sempliċi u spiża inqas meta jibbukkjaw il-biljetti tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI