Il-Malti Kyle Bonello Jiklassifika Fit-Tielet Post Waqt Kompetizzjoni Tal-Bodybuilding Fil-Kategorija Tiegħu

Kyle Bonello

Kyle Bonello kiseb suċċess ieħor fil-karriera tiegħu hekk kif ġimgħa ilu ħa sehem f’kompetizzjoni internazzjonali tal-bodybuilding fi Spanja u rnexxielu jikseb it-tielet post fil-kategorija tiegħu ‘up to 95 kg’.



L-atleta Malti rnexxielu jitla’ fuq il-podju f’din il-kompetizzjoni internazzjonali, riżultat li kompla jsaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu fix-xena tal-bodybuilding kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.



Il-kompetizzjoni rat parteċipazzjoni minn atleti minn diversi pajjiżi Ewropej, b’livell għoli ħafna ta’ preparazzjoni u kompetizzjoni intensa.



Kyle kien parti minn tim magħmul minn tliet Maltin, hu u tnejn oħra, Roderick Theuma u Kurt Frendo. Roderick ikkompeta fil-kategorija ‘up to 85 kg’, waqt li Kurt ikkompeta fil-kategorija ‘up to 85 kg’ kif ukoll ‘Masters Mens Bodybuilding 40-44 years.’

Prosit kbira Kyle għar-riżultat tajjeb li ksibt! Prosit anke lil Roderick u Kurt!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI