Total ta’ 187 Maltin irritornaw Malta mill-Emirati Għarab Magħquda wara operazzjoni ta’ assistenza organizzata mill-awtoritajiet Maltin. Huma waslu kmieni dalgħodu fuq titjira li telqet mill-Emirati tard il-Ġimgħa filgħaxija.
Fuq il-midja soċjali, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg qasam ritratt tal-ajruplan mal-wasla tiegħu fl-ajruport. “Il-Maltin waslu lura f’pajjiżna,” hu kiteb. “Kuntent ħafna li kollox mar b’wiċċ il-ġid.”
Dan seħħ wara jiem ta’ ħidma diplomatika u konsulari biex jingħata għajnuna lill-Maltin li kienu fir-reġjun tal-Golf, fid-dawl tat-tensjoni li qed tikber fil-Lvant Nofsani.
Facebook / Ian Borg