Oliver Scicluna qasam ħsieb profond immens dwar il-Milied. Il-mumenti fejn għalkemm l-atmosfera tkun sabiħa u jkun hemm sens ta’ għaqda, jibqa’ jġib ħafna memorji.
“Il-Milied mingħajr ma trid ifakkrek f’ħafna memorji tal-passat u fil-ħajja dawk li jibqgħu jfakkruk f’dawk li ma tistax tkellem u tgħannaq miegħek għax il-ħajja fuq din l-art spiċċat għalihom. Mingħajr dubju m’hemmx bżonn jiġi l-Milied biex niftakar fl-għażiża Ommi, iżda l-Milied iġibli ħafna memorji minn ċkuniti sal-aħħar wieħed, li kien tqil għal Ommi minħabba ċ-ċirkustanzi ta’ saħħitha.”
Joħroġ appell sinċier u mill-qalb biex naħfru u nħobbu, anke jekk hemm xi differenzi. Il-ħajja hi prezzjuża wisq biex ma ngawdux lil dawk ta’ madwarna u speċjalment, familjari.
“Jien nawgura minn qalbi Milied hieni lil kulħadd, anke lil dawk li weġġgħuni,” jagħlaq Oliver.
Facebook/ Oliver Scicluna