Il-Mużiċista Gillian Attard B’Appell Wara Li Paġna Falza Tagħha Qed Tipprova Tisraq Min-Nies

Il-mużiċista u kowċ vokali Gillian Attard qed tagħmel appell fuq il-midja soċjali hekk kif saret taf li xi ħadd għamel paġna falza tagħha fuq Facebook u qed jipprova jisraq lin-nies permezz ta’ kompetizzjoni falza. 





Il-paġna qed tipprova tqarraq bin-nies billi titlobhom id-dettalji personali biex TAPARSI jidħlu f’ċans li jirbħu €500. Naturalment, dan mhux vera minnu. 

Il-paġna qed tgħid li qed titlob id-dettalji tal-visa lin-nies “biex nikkonferma l-indirizz tiegħek għax se nibgħat (il-flus) permezz tal-bank biex nevita frodi u biex nikkonnettja mal-pajjiżi kollha biex inkun sikura.”



Jekk jogħġbok, xandar il-kelma u avża lil ħaddieħor ħalli nipproteġu lil xulxin. 

Facebook/Gil Lian

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI