Il-kantanta Maltija Justine Shorfid qasmet messaġġ mill-qalb mal-partitarji tagħha, fejn irringrazzjathom tal-appoġġ kontinwu u tal-apprezzament li juru lejn il-mużika tagħha.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Justine enfasizzat li wara kull kanzunetta hemm ħafna xogħol, sagrifiċċju, dedikazzjoni u mħabba. “Il-mużika hija aktar minn passjoni għalija – hija l-vokazzjoni tiegħi,” kitbet, filwaqt li spjegat li anke fl-aktar ġranet diffiċli tibqa’ taħdem għax temmen fil-qawwa tal-mużika li tfejjaq, tispira u tgħaqqad lin-nies.
Justine qalet li l-għan tagħha dejjem kien wieħed sempliċi: li tagħmel lin-nies kuntenti u li, permezz tal-mużika tagħha, toffri faraġ lil dawk li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli. “Jekk il-mużika tiegħi messet anke persuna waħda biss, allura tkun laħqet l-iskop tagħha,” sostniet.
Hija temmet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lil dawk kollha li jisimgħu l-mużika tagħha, jappoġġjawha u jibqgħu parti mill-vjaġġ artistiku tagħha. Il-kliem tagħha wassal messaġġ ta’ gratitudni u apprezzament lejn il-partitarji li ilhom isegwu l-karriera tagħha u jinkoraġġuha tkompli toħloq mużika b’messaġġ pożittiv.
Facebook / Justine Shorfid