Il-preżentaturi maħbubin u magħrufin ma’ bosta qassmu riflessjoni tajba immens fuq il-paġna uffiċjali tagħhom F Living, fejn fiha fost l-oħrajn jgħaddu messaġġ rigward l-importanza li napprezzaw il-paċi f’ħajjitna illum qabel għada.
“Ħajja kompleta hi ħajja bilanċjata. Importanti li niżviluppaw b’mod sħiħ u f’armonija: fiżikament, mentalment, soċjalment u spiritwalment. Il-paċi li toffri d-dinja għandha ‘data ta’ skadenza’ qasira, u tħallas prezz għoli għaliha, kultant mhux flus biss. Il-paċi li joffrilek il-Mulej hi b’xejn, u tibqa’ għall-Eternità.”
Karl u Romina Bonaci kontinwament iservu ta’ kumpanija għall-poplu Malti u Għawdxi kemm fuq il-midja soċjali kif ukoll fuq it-televiżjoni, speċjalment permezz tal-programm mill-aqwa tagħhom F Living Show.
Il-programm jintwera kuljum għal ħabta tan-12:30pm kif ukoll b’repetizzjonijiet bil-lejl u fi tmiem il-ġimgħa. Għal aktar informazzjoni segwi s-sit uffiċjali billi TAGĦFAS HAWN kif ukoll fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook.