“Il-Paċenzja Tiegħek Bija Tifla, Żagħżugħa, U Mara, Kienet Bla Qies. Sibtek F’Kull Pass Ta’ Ħajti” – Raisa Minn My Trio Lil Ommha

Raisa minn My Trio, kitbet messaġġ mill-qalb fuq il-mezzi soċjali lil ommha l-għażiża f’jum għeluq sninha, fejn esprimiet kemm tfisser għaliha.

Hi kitbitilha, “Lil ommi, qalbi u l-kenn tiegħi. Ftit kliem għalik ma, lilek biss baqagħli. Iva, noħodlok ħafna ritratti għax il-memorji huma teżor li jibqa’. Il-paċenzja tiegħek bija tifla, żagħżugħa, u mara, kienet bla qies. Sibtek f’kull pass ta’ ħajti, f’kull trobbija ta’ wliedi, dejjem maġenbi u ma’ missieri.”

Żiedet tgħid, “B’imħabba kbira tellajtuna, u b’dik l-imħabba bnejtli saħħti. Grazzi talli kont hemm f’kull ostakli, f’kull dmugħ, u f’kull tbissima. Jixraqlek rispett u mħabba bla tarf. Nirringrazzja lil Alla li ħalliek miegħi għal sena oħra. Awguri, omm tal-My Trio.”



Nisperaw li jkollha ġurnata mill-aqwa!





Ritratti:

Facebook / My Trio

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI