Il-Papa Franġisku għoġbu jaħtar lill-Isqof Mario Grech bħala membru tal-Kunsill Pontifiċju għall-promozzjoni tal-għaqda fost l-insara. Din hija ħidma importanti hekk kif nisimgħu spiss, kemm l-għaqda hija meħtieġa anke bejn l-insara stess.
L-Isqof Mario Grech huwa l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex kif ukoll il-Pro-sergretarju ġenerali tas-Sinodu tal-isqfijiet.
Din il-missjoni li ġie afdat biha l-Isqof Mario Grech, hija għal qalb ħafna l-Papa Franġisku. Minn qalbna nawgurawlek aktar ħidma ta’ ġid!
Ritratt: Facebook/ Diocese of Gozo/ Shaun Sultana