Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Maltese Islands Weather tkellmu dwar is-sitwazzjoni preżenti tat-temp f’pajjiżna hekk kif ukoll wissew b’xi perikli.
Bdew billi qalu, “Ir-riħ mill-Punent Majjistru jibqa jilħaq Forza 8 sa madwar il-17:00. F’dan il-ħin jibda jnaqqas għal Forza 7. Fis-19:00 imbagħad ikompli jonqos għal Forza 6. Aħna nkomplu naħdmu ma’ dawk l-organiżżaturi tal-Karnival li avviċinawna sa l-aħħar, hekk kif l-agħar tar-riefnu dalwaqt ikun għadda.”
Żiedu, “Il-periklu tul il-kosta jippersisti sa għada, però, bl-avviż jibqa’ li jiġu evitati attivitajiet ħdejn il-baħar.”
Tajjeb li bħal-lum inkunu aktar attenti u nevitaw nidħlu f’periklu bla bżonn, kemm għalina u kemm għall-awtoritajiet.