“Għada L-Knisja Kattolika Tagħti Bidu Għar-Randan Imqaddes: 40 Jum Ta’ Talb, Penitenza U Karità” – Archdiocese Of Malta

Għada l-Knisja Kattolika ser tagħti bidu għar-Randan Imqaddes. F’dawn l-40 jum bosta min-nies isumu jew jagħmlu xi penitenza, bi preparazzjoni għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Archdiocese of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward dan.

Bdew billi qalu, “Għada l-Knisja Kattolika tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb, penitenza u karità bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Matul daż-żmien il-Knisja tħeġġeġ lill-Insara biex jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti u jattendu l-eżerċizzi spiritwali. Għada se jsiru dawn iċ-ċelebrazzjonijiet mill-Isqfijiet ta’ Malta:”

Żiedu, “Quddiesa fid-9am bit-tberik u t-tqegħid tal-irmied fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl l-Imdina, immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna. Fis-6pm jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta bir-relikwa ta’ San Franġisk t’Assisi esposta għall-qima. Kulħadd mistieden jattendi.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI