Il-fondazzjoni Coast is Clear hi magħmula minn diversi voluntiera li jiddedikaw ħinhom biex jiġbru l-iskart mill-baħar u minn mall-kosta ta’ Malta. Illum fuq il-paġna tagħhom spjegaw x’jiġri meta l-plastik jispiċċa fil-baħar.
Spjegaw, “Il-plastik ma jisparixxix! Coast is Clear jiltaqa’ ma’ plastik f’diversi forom li jniġġeż l-ambjent. Jimxi mal-kurrenti għall-Afrika ta’ fuq u l-Ewropa ta’ isfel għal mijiet ta’ mili, jinkiser f’biċċiet iżgħar u iżgħar sakemm jidħol fil-ħajja marittima, sakemm imbagħad niekluh AĦNA.”
Żiedu jgħidu, “Xi ftit minnu jintrema intenzjonalment fil-baħar minn vandali, fabbriki, jew dgħajjes li jkunu għaddejjin, imma ħafna minnu jitħalla bl-addoċċ fuq l-art u eventwalment jimxi għall-baħar. Ir-ritratt t’hawnhekk juri biċċa waħda mill-eluf li nieħu ritratti tagħhom kuljum. Jekk jogħġobkom kunu iżjed attenti dan is-Sajf. Salvaw il-baħar tagħna.”
Facebook / Coast is Clear