Il-Preżentatur Maħbub Martin Sapiano Jiċċelebra Għeluq Sninu

Martina Sapiano

Martin Sapiano hu personalità magħrufa sew mal-Maltin u l-Għawdxin. Hemm min jafu jippreżenta fuq ir-radju, hemm min jiftakru bħala attur jew kantant komiku, u huwa familjari ma’ ħafna telespettaturi.

Malli ssemmi lil Martin Sapiano, f’moħħok jiġi l-karattru ferrieħi tiegħu, il-kumpanija mill-isbaħ u l-enerġija bi spirtu pożittiv li dejjem jitrasmetti.



Illum jum speċjali għal Martin għax qed jiċċelebra għeluq sninu. Bħala attur lil Martin rajnieh fost l-oħrajn f’Undercover, fejn kien ħadem il-parti tas-Sur Bert. Apparti minn hekk rajnieh ukoll waqt Deja Vu, fejn kellu l-parti ta’ għalliem, is-Sur Xriha.



Martin għadu jippreżenta fuq ir-radju sal-lum il-ġurnata. Awguri minn qalbna għażiż Martin! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!



Ritratti:

Facebook/ Martin Sapiano

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI